Ħitan kbar;
ħitan setgħana.
X'qawwa għandhom
is-swar tagħna.
Periti internazzjonali -
Ungeriżi u Arġentinjani.
Arkitettura maestuża,
b'ġebel tqil u safrani.
Balal, bombi, razzi, u missili
ixħtu kemm tridu għax għalxejn.
Anzi waddbu kemm tiflħu,
ħalli tmutu intkom bid-dejn!